Legislator Rechtsprechung & Gesetzgebung
sl_363.189 MT

Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

6 Artikel / Bestimmungen · Malta
Originalquelle öffnen Maschinenlesbares Markdown (.md)

Inhaltsübersicht (6)

Gesetzestext (6 Artikel)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.189 — Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

PROTEZZJONI TAT-TORRI BELVEDERE U L-MITĦNA

TAL-GĦADIRIET (KUNSILL LOKALI ĦAL LIJA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.189

BYE-LAWS DWAR IL-PROTEZZJONI TAT-TORRI

BELVEDERE U L-MITĦNA TAL-GĦADIRIET

(KUNSILL LOKALI ĦAL LIJA)

17 ta’ Novembru, 2017

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 32/09/2017.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.189 — Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar il-

Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill

Lokali Ħal Lija).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.189 — Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

tkunx teħtieg xort’oħra

"l-Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"għamara tat-triq" tinkludi kull oġġett li jista’ jitqiegħed jew

jitwaħħal mal-art jew li jitpoġġa jew jitwaħħal mal-ħajt jew ma’ xi

parti oħra tat-Torri Belvedere jew mal-Mitħna;

"il-Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Ħal Lija;

"lokalità" tfisser il-lokalità ta’ Ħal Lija;

"il-Mitħna" tfisser il-Mitħna tal-Għadiriet li ġiet devoluta lill-

Kunsill fid-9 ta’ April 2003 u li tinsab fi Triq San Licinju kantuniera

ma’ Triq Annibale Preca;

"reklam" tfisser kull xorta ta’ reklam, inkluża kull promozzjoni

kummerċjali jew mhux, u tinkludi wkoll kull avviż, notifika jew

messaġġ ieħor stampat jew bil-kitba;

"it-Torri" tfisser it-Torri Belvedere li ġie devolut lill-Kunsill

fit-12 ta’ Jannar 2011 u li jinsab ġewwa Vjal it-Trasfugurazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.189 — Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

Ħadd ma għandu mingħajr il-permess minn qabel bil-

miktub tal-Kunsill-

(a)

jagħmel xi tip ta’ rbit mat-Torri jew mal-Mitħna

permezz ta’ ħbula jew mezzi oħra;

(b)

iwaħħal xi tabella, banner, sticker jew reklam ma’

xi parti tat-Torri jew mal-Mitħna;

(ċ)

iwaħħal jew ipoġġi xi għamara tat-triq ma’ jew

fuq it-Torri jew mal-Mitħna.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.189 — Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-

dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye Laws tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni,

u teħel meta tinstab ħatja

PROTEZZJONI TAT-TORRI BELVEDERE U L-MITĦNA

TAL-GĦADIRIET (KUNSILL LOKALI ĦAL LIJA)

(a)

għall-ewwel

kontravvenzjoni

ammenda

ta’

sebgħin euro (€70); u

(b)

fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda oħra ta’

ħmistax -il euro (€15) għal kull jum li matulu jkompli r-reat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.189 — Bye-Laws dwar il-Protezzjoni tat-Torri Belvedere u l-Mitħna tal-Għadiriet (Kunsill Lokali Ħal Lija)

L-għoti ta’ piena taħt dawn il-Bye-Laws tkun bla ħsara

għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor id-danni ċivili kollha li jkunu saru bl-

għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws, inkluż id-dritt li

jagħmel it-tiswija meħtieġa bi spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.

Fragen Sie sich, wie diese Gesetzesbestimmung auf Ihren Fall anwendbar ist?

Prüfen Sie diesen Erlass zusammen mit Rechtsprechung, Kommentaren und verwandten Gesetzesbestimmungen in Legislator AI.

Fall in Legislator öffnen →